MCCAA – TWAQQIF TA’ HELPLINE GĦALL-KONSUMATUR 11174. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tikkunsidra l-Ministru li toħloq speċi ta’ consumer helplinefejn dan ikun focal point biex jieħu ħsieb kull xorta ta’ lment li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tal-konsumatur irrispettivament ta’ jekk l-ilmenti għandux x’jaqsam ma’ xi liġi amministrata mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jew minn xi awtorità oħra pubblika, biex b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-konsumatur jista’ jiġi riferut minn awtorità għall-oħra sakemm jinqeda?