ONOR. HELENA DALLI: Il-Gvern qed jaħdem sabiex iwaqqaf one-stop-shop fejn il-konsumatur ikun jista’ jressaq l-ilment tiegħu.
DIRETTIVA EWROPEA DWAR IL-CREDIT MORTGAGE – IMPLIMENTAZZJONI 11175. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu mill-Gvern biex jinbeda l-proċess ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2014/17/UE dwar il-credit mortgage?
ONOR. EDWARD SCICLUNA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
MCCAA – ESPERTI FL-OQSMA TAL-CONSUMER CREDIT U HOME LOANS 11176. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hemmx xi nies professjonali li għandhom expertise fl-oqsma tal-consumer credit u tal-home loans li allura qed jieħdu ħsieb il-liġijiet amministrati mill-istess uffiċċju dwar dawn l-oqsma?