ONOR. HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju ma rċieva ebda lment u s’issa ma ttieħdu l-ebda passi mid-Direttur Ġenerali tal-Konsumatur taħt l-Att imsemmi.
ANZJANI - SODOD GĦALL-KURA FIT-TUL 11179. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu sodod ġodda għall-kura fit-tul għall-anzjani minn wara l-elezzjoni sal-lum? Jista' jgħid fejn żdiedu dawn is-sodod?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.