ANZJANI LI DAĦLU FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL 11180. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn April 2013 sal-lum?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
ANZJANI LI DAĦDU FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL 11181. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, minn April 2014, minn fejn daħlu dawn l-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul jekk hux mill-komunità, mill-Isptar Karen Grech, minn djar tal-anzjani, mill-Isptar Mater Dei jew minn postijiet oħra?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.