11182. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani f'kull dar residenzjali minn April 2013 sal-lum? Jista’ jgħid minn liema lokalità kien kull anzjan/a li daħal/daħlet f'dawn id-djar?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL - ACTIVE AGEING 11183. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Active Ageing Unit (qabel magħruf bħala Entertainment Section) fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'inhu l-grad tagħhom?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.