ONOR. JOE MIZZI: Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10545, nixtieq inserraħlu moħħu li kull deċiżjoni li tittieħed, tiġi deċiża minn nies serji u professjonali fuq xogħolhom.
ĦAL QORMI – PJAN GĦALL-IMMANIĠĠAR TAT-TRAFFIKU W229. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Peress li bis-sistema tat-traffiku kif inhi llum, Ħal Qormi qiegħed kulma jmur isir passaġġ regolari għal numru dejjem akbar ta' karozzi u vetturi tqal li qed jaqsmu minn naħa għall-oħra ta' Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jfassal pjan ħolistiku u studjat għall-immaniġġar tat-traffiku f’Ħal Qormi biex ma jħallix lil Ħal Qormi jitkisser u li l-kwalità ta' ħajja tar-residenti tiegħu tittiekel ftit ftit minħabba dħaħen, storbju u issues ta’ saħħa u sigurtà?