ONOR. JOE MIZZI: Niskanta kif l-Onor. Interpellant ma ndunax li din is-sitwazzjoni ilha għal diversi snin, sa minn żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Taħt din l-amministrazzjoni, jien ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport bdiet taħdem fuq diversi pjanijiet u proġetti ħolistiċi għal Malta kollha, inkluż Ħal Qormi, li jindirizzaw il-problema tal-emissjonijiet, ħsejjes u saħħa u sigurtà li huma kif ġej:
tniedet in-National Road Safety Strategy u National Road Safety Council li se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin
ġew implimentati bus lanes ġodda u se jibda x-xogħol fuq bus lanes oħra ġodda fil-jiem li ġejjin
ġew riveduti r-Riforma tat-Trasport Pubbliku, liema riforma kienet oriġinarjament imnedija f’Lulju tas-sena 2011. Din ġiet riveduta minħabba li din kienet falliet u hija l-kaġun ta’ ħafna mill-problemi li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant.