GĦAWDEX – FONDI EWROPEJ 10427. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali: Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kumpaniji privati f’Għawdex jew individwi Għawdxin ibbenefikaw minn fondi Ewropej fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Taħt liema programm ħadu l-fondi u kemm kien l-ammont f’kull każ? X’tip ta’ proġetti jew inizjattivi f’Għawdex saru jew se jsiru b’dawn il-fondi?
ONOR. IAN BORG (Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej) (f’isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali):Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li kien hemm 1,597 benefiċjarju li bejniethom ibbenefikaw minn total ta’ €4,299,570.76 f’fondi Ewropej.
MR SPEAKER: L-Onor. Chris Said, mistoqsija supplimentari.