ONOR. JOE MIZZI: Jien infurmat li l-Awtorità tat-Trasport ma rċeviet l-ebda talba rigward problemi tat-traffiku fit-toroq residenzjali.
ĦAL QORMI – BINI TA’ TOROQ ĠODDA W231. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li jibni toroq ġodda f’Ħal Qormi?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ħal Qormi, Transport Malta tibni t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha, ċjoè dawk li qed isiru l-ewwel darba, filwaqt li tagħmel manutenzjoni tat-toroq arterjali u distributorji eżistenti.