ĦAL QORMI – TRIQ MIR-RABAT GĦAL ĦAŻ-ŻEBBUĠ W232. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb jew hux jistudja serjament xi pjan biex jibni triq li tiddevja t-traffiku li ġej min-naħa tar-Rabat u Ħaż-Żebbug lil hinn mit-toroq taċ-ċentru u nħawi residenzjali ta’ Ħal Qormi, billi jibagħtu direttament għall-bypass?
ONOR. JOE MIZZI:Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffiku li jkun ġej mir-Rabat u Ħaż-Żebbuġ sejjer lejn Ħal Qormi jgħaddi minn triq arterjali u ċjoè minn Mdina Road.