ĦAL QORMI – TRAFFIKU F’TOROQ RESIDENZJALI W233. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Peress li Ħal Qormi diġà maqsum f'biċċiet minħabba arterji prinċipali li għaddejjin minn nofsu bħal Triq l-Imdina u Triq is-Sebħ, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri għandu l-ħsieb li jieħu biex it-traffiku f’toroq residenzjali bħal Triq il-Ħelsien, Triq il-Wied, Triq Valletta, Triq il-Vitorja, Triq San Dwardu, Triq il-Mitħna, Triq il-Kbira, Triq San Bastjan, Triq San Bartilmew, Triq il-Milied u oħrajn, ma jibqgħux jiġu użati regolarment bħala passaġġ għal min id-destinazzjoni tiegħu mhijiex Ħal Qormi?