ONOR. JOE MIZZI: Jien infurmat li l-Awtorita tat-Trasport ma rċeviet l-ebda talba rigward problemi tat-traffiku fit-toroq residenzjali.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI W234. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10381 u jgħid x'passi se jieħu dwar il-każ ta' żewġ subien Ġermaniżi taħt ordni ta’ ħarsien li telqu minn pajjiżna mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa tal-awtoritajiet Maltin?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija mressqa hija s-suġġett ta’ inkjesta mill-Imħallef Emeritus Dr Philip Sciberras u li r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-inkjesta se jkunu evalwati u jittieħdu l-passi meħtieġa. Ir-rapport tal-inkjesta se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjin.
(Informazzjoni addizzjonali: Ara d-dokument Nru 3353 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 186 tat-Tlieta, 14 ta' Ottubru 2014)