ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti investigazzjonijiet minn persuni minn dipartimenti differenti, saret inkjesta mmexxija minn ex-Imħallef.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – PROĊEDURI MID-DIPARTIMENT TAL-ISTANDARDS TAL-ĦARSIEN SOĊJALI W239. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10386 u jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali kienx beda proċeduri fil-Qrati Maltin dwar il-każ taż-żewġ subien Ġermaniżi li huma taħt ordni ta’ ħarsien?