TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – INKJESTA W240. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10378 u wara d-dikjarazzjoni tassew iebsa tal-Qorti dwar il-każ u n-nuqqas tal-aġenzija governattiva li hu responsabbli minnha, jista’ l-Ministru jgħid jekk issa jħossx li għandu jsejjaħ għal inkjesta tassew indipendenti ħalli jiġu stabbiliti l-fatti kollha ta’ dan il-każ bl-aktar mod trasparenti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienet twaqqfet inkjesta biex tistabbilixxi l-fatti u r-responsabilitajiet.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – PARIRI LEGALI W241. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tfal ħallewx il-pajjiż mingħajr ma ġew segwiti l-proċeduri stabbiliti skont il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal ta’ The Hague? Jista’ jgħid jekk staqsiex għal pariri legali dwar dan? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed il-pariri legali li għandu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid jekk għandux ħsieb li jitlob pariri legali dwar dan?