ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI W242. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid kif, meta t-tfal kienu fdati taħt il-kura tal-Aġenzija Appoġġ, tħallew waħedhom ma’ żewġ social workers barranin li t-tfal ma kinux fdati f’idejhom mill-qorti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR W243. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid x’kienu d-dokumenti li ġew użati mit-tfal akkumpanjati miż-żewġ social workers biex ħallew Malta mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qrati Maltin skont l-Att tal-Protezzjoni tat-Tfal (Konvenzjoni ta’ The Hague)?