ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI –ORDNI TA’ ĦARSIEN TEMPORANJU W249. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi li ġew irrappurtati nieqsa minn pajjiżhom u li kienu jinsabu f’Marsalforn ma’ ommhom fit-18 ta’ Ġunju 2014, jista’ l-Ministru jikkonferma d-dati li pprovda fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10376 fejn qal li l-Qorti ħarġet ordni temporanju fit-18 ta’ Lulju 2014 li ġiet ikkonfermata fid-19 ta’ Lulju 2014? Meta ġiet infurmata l-Qorti mill-Aġenzija Appoġġ li ż-żewġ minuri li kienu taħt il-kura tagħha b’ordni tal-istess Qorti, li huma neqsin minn taħt il-kura tagħha?