ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI –RAPPORT LILL-PULIZIJA MILL-AĠENZIJA APPOĠĠ W251. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ għamlet rapport lill-Pulizija dwar l-għajbien/ħtif taż-żewġ minuri? Jista’ jgħid x’informazzjoni għandu dwar x’azzjoni qed tittieħed mill-pulizija wara li t-tfal kienu ħarġu mill-pajjiż mingħajr l-awtorizzazzjoni neċessarja?