ONOR. EMANUEL MALLIA: Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-Uffiċjali tal-Immigrazzjoni rċevew in-notifika ta’ impediment fuq dawn iż-żewgt itfal fid-9 ta’ Lulju, u ċjoè tlett ijiem wara li dawn kienu diġà telqu minn Malta. Ninforma lill-Interpellant li madankollu, l-istess uffiċjali jimxu mal-provedimenti tal-Kodiċi ta’ Schengen fuq il-Fruntieri u meta l-moviment ikun bejn Stati Membri, għalkemm jistgħu jagħmlu xi kontrolli, dawn ma jistgħux ikunu sistematiċi għaliex persuni li jivvjaġġaw fiż-żona Schengen ma jgħaddux mill-kontrolli tal-immigrazzjoni. Ninsab infurmat li peress li din hi wkoll materja ta’ Ministeri oħra, saret inkjesta u l-proċeduri kellhom jiġu eżaminati biex jigi stabbilit x’jista’ jsir biex okkorrenzi bħal dawn jiġu evitati.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – AZZJONIJIET MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN