MEPA -– APPLIKAZZJONIJIET GĦAL YACHT MARINAS W258. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10488, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-tmien applikazzjonijiet li hemm referenza għalihom fir-risposta tal-mistoqsija indikata? Kemm ilhom pendenti dawn l-istess applikazzjonijiet? Liema applikazzjonijiet huma mill-privat u liema huma minn entitajiet pubbliċi?
ONOR. JOSEPH MUSCAT:Il-MEPA għandha quddiemha tmien applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' yacht marinas.