Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati


SKEMA TA’ TAX CREDIT GĦAL MIN IĦADDEM APPRENTISTI



Yüklə 0,86 Mb.
səhifə163/212
tarix10.01.2022
ölçüsü0,86 Mb.
#100919
1   ...   159   160   161   162   163   164   165   166   ...   212
SKEMA TA’ TAX CREDIT GĦAL MIN IĦADDEM APPRENTISTI
W262. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iskema ta' tax credit jew xi forma oħra ta' għajnuna lil min iżomm miegħu xi apprentisti, li suppost kellha tidħol fis-seħħ matul din is-sena, fil-fatt daħlitx fis-seħħ inkella le? Jekk iva, meta daħlet u liema apprentisti ser ikunu jistgħu jgawdu minn din l-iskema? X'irid jagħmel min iħaddem biex igawdi minn tali skema?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-miżura li qed issir referenza għaliha daħlet fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 179/2014 li ġie ppubblikat fis-27 ta’ Mejju 2014 u tapplika għal apprendistati li bdew mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Din tipprovdi għal deduzzjoni lil min iħaddem ta’ €1,200 għal kull apprentist. L-approvazzjoni għal dan l-apprendistat trid issir mill-ETC.

ĦAL QORMI – PROBLEMA TA’ GĦARGĦAR
W263. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6771, 8833 u 9201, wara li f’Mejju 2014 il-Ministru stqarr li ħa nota dwar il-bżonn li max-xogħol li qed isir fuq il-proġett kontra l-ilma tal-għargħar f’Ħal Qormi isir ukoll mill-ġdid iċ-ċint ta’ madwar il-wied, b’mod partikolari minn Triq il-Mitħna sa Triq Correa u anke n-naħa ta’ Triq Pawlu Farrugia, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iddeċidiex li jibni mill-ġdid dan iċ-ċint li qed jagħti dehra ta’ telqa, bi spiża relattivament żgħira - fil-kuntest tal-miljuni kbar li nġiebu mill-Unjoni Ewropea fil-leġiżlatura li għaddiet - biex il-proġett tal-ilma tal-għargħar ikun jista’ jsir?

Yüklə 0,86 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   159   160   161   162   163   164   165   166   ...   212




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin