ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmi xogħol minn Transport Malta ġie finalizzat. Ix-xogħol involva l-qlugħ tal-crash barrier, bażi tal-konkos fuq il-ħajt eżistenti, tiswija tal-istess ħajt u twaħħil tal-crash barrier fuq il-linja tal-ħajt.
IS-SIĠĠIEWI – TRIQ L-IMQABBA – CRASH BARRIERS W269. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6770, 8832 u 9200 fejn il-Ministru, f’Mejju 2014 kien stqarr li Transport Malta kienet se tibda l-proċess ta’ procurement biex ikun jista’ jsir ix-xogħol marbut ma’ miżuri ta’ sigurtà fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u meta hemm il-ħsieb li jkun lest ix-xogħol ippjanat?