ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fir-risposta parlamentari 9661, Transport Malta tirreġistra n-numri ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi barranin fejn dawn ikunu ser jiġu reġistrati f’Malta għall-ewwel darba, jew meta jkunu tneħħew mit-triq meta jirriżulta li ma kellhomx l-awtorizzazzjoni meħtieġa sabiex jinstaqu fit-toroq ta’ Malta. Il-vetturi li jkunu qed jintużaw temporanjament – per eżempju minn turisti – ma jiġux reġistrati u b’hekk Transport Malta m’għandhiex l-ammont ta’ vetturi b’liċenzja tal-Unjoni Ewropea li preżentament qegħdin fit-toroq Maltin.
Uffiċjali ta’ Transport Malta jagħmlu spezzjonijiet fuq vetturi b’liċenzja barranija fejn jiġu spezzjonati l-logbooktal-vetturi, il-polza tal-assigurazzjoni, id-data ta’ meta l-vettura daħlet Malta u l-liċenzja tas-sewqan tax-xufier tal-vettura.