ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, bħalissa qegħdin isiru dawn ix-xogħlijiet u mistenni li jitlestlew kif ġej:
Lokal
Natura
tax-Xogħol
Data tat-Tlestija
Mġarr, Għawdex
Landing Office
Diċembru 2014
Marsa
Pixkerija Ġdida
Marzu 2015
Marsa
Landing Site
Awwissu 2015
Marsaxlokk
Landing Site
Awwissu 2015
Veċċja, San Pawl il-Baħar
Landing Site
Ottubru 2015
Marsaskala
Slipway
Marzu 2015
Xemxija
Slipway
Marzu 2015
Marsaxlokk
Breakwaters
Diċembru 2017
PARKEĠĠI RISERVATI GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÀ W305. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Billi f’diversi nħawi qed jinżebgħu sinjali ta’ parkeġġi riservati li qed ikollhom in-numru tal-vettura miktuba fil-parkeġġ, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikolari bejn Transport Malta u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi?
ONOR. JOE MIZZI:Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7994.
MELLIEĦA – ŻVILUPP TAL-INĦAWI W306. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Billi waqt laqgħa ta' diskussjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa saret riferenza għall-proġetti li kienu msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8348 u li kienu riferuti wkoll fil-mistoqsija parlamentari 8389, billi fil-laqgħa tal-Mellieħa ngħatat l-impressjoni li dalwaqt ikun hemm sejħiet għall-iżvilupp tal-inħawi msemmija, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt kienx hemm żviluppi konkreti, u allura jista' jagħti tagħrif dwar liema proġetti se jsiru mill-Gvern, liema se jsiru mill-privat u liema se jsiru bejn il-Gvern u l-privat?