ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata u l-każ huwa solvut.
IL-MARSA - TRIQ GARIBALDI - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU (OVERTURNING) W320. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm inċidenti ta' qlib (overturning) fi Triq Garibaldi fil-Marsa matul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hijiex qed tippjana xi bidliet partikolari għal din il-parti tat-triq li minn żmien għal żmien fiha jkun hemm inċidenti pjuttost kbar?