SAN PAWL IL-BAĦAR – TRIQ IT-TURISTI - BANKINA W321. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħirf dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikulari għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4760?
ONOR. JOE MIZZI:Jien infurmat li l-azzjoni ta’ infurzar fi Triq it-Turisti kienet dwar estenzjoni ta’ bankina mingħajr il-permessi neċessarji u wara li ttieħdu l-passi ta’ infurzar, din il-bankina reġgħet ġiet mibnija kif kienet oriġinarjament.