QABDA TAT-TONN W323. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Billi jidher li mill-informazzjoni dwar il-qabda tat-tonn, u b'mod partikulari billi ġie ppubblikat li din is-sena l-qabda kienet iktar minn 80% iżjed mis-sena li għaddiet, u billi Malta għandha kwoti partikulari li jistgħu jinqabdu u li għandhom jiġu osservati, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kienx mitlub li jagħti spjegazzjonijiet dwar din iż-żieda fil-qabda? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi investigazzjoni dwar din l-informazzjoni, u jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar x'irriżulta minn dan?