SELMUN PALACE HOTEL W332. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm dwar is-Selmun Palace Hotel wara li ngħatat it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3253? Meta hu mistenni li jiġu ffinalizzati l-proċeduri biex din l-istess lukanda tkun tista’ terġa’ tibda tintuża?
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntrarju għall-amministrazzjoni preċedenti fejn il-Gvern baqa’ ma wettaq xejn fir-rigward ta’ Selmun Palace Hotel, dan il-Gvern midd idejh u fix-xhur li ġejjin se jkun qed iħabbar soluzzjoni sabiex jinħareġ proċess kompetittiv. Il-pjan huwa li din il-lukanda terġa’ tiġi operata u takkwista rilevanza fis-settur turistiku Malti.