ĊERTIFIKATI DWAR L-ENERĠIJA FIL-BINI
W333. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn persuni awtorizzati li joħorġu ċertifikati dwar l-enerġija fil-bini? Meta hu mistenni li jiġu organizzati korsijiet ġodda għall-persuni li jixtiequ jkunu akkreditati biex jagħmlu dan ix-xogħol?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn reġistrati lokalment:
· 165 assessur li jista’ jiċċertifika bini residenzjali
· 28 assessur sabiex jiċċertifika kull bini ieħor
· 11-il Air-Conditioning Systems Inspector
· 11-il Heating Systems Inspector.
Kif kienet u għadha l-prassi, qed tinġabar lista ta’ min hu interessat li jsegwi tali kors u ladarba jkun hemm numru suffiċjenti biex jagħmluh finanzjarjament vijabbli għall-parteċipanti, dan ikun organizzat.
Dostları ilə paylaş: |