APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI GĦAL KMAMAR TAN-NAR W336. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi għal dak li jirrigwarda l-ħruġ ta’ permessi għal kmamar tan-nar minn meta twieġbet il-mistoqsija parlamentari 7014? Jekk kien hemm, x’kienu dawn l-iżviluppi li seħħew? Kemm hemm? Fejn qegħdin l-applikazzjonijiet li hemm pendenti bħalissa quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
ONOR. JOSEPH MUSCAT:B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W336, waqt it-Tqegħid ta’ Karti, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli. L-ewwel tabella telenka l-applikazzjonijiet msemmija fil-mistoqsija parlamentari 7014 u l-istat preżenti tagħhom peress li l-ebda waħda minnhom għadha ma ġiet deċiża. It-tabella l-oħra telenka kull applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati ma' kmamar tan-nar (inklużi dawk ġà elenkati f'mistoqsija parlamentari 7014) bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant.