ONOR JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru):Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 276 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Mjanmar/Burma);
Avviż Legali Nru 277 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Repubblika Iżlamika tal-Iran);
Avviż Legali Nru 278 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Repubblika Iżlamika tal-Afganistan);
Avviż Legali Nru 279 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu;
Avviż Legali Nru 280 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni extraterritorjali tal-leġislazzjoni adottata minn pajjiż terz;
Avviż Legali Nru 281 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Repubblika tal-Iraq);
Avviż Legali Nru 282 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jipprojbixxu milli jkunu sodisfatti ċerti pretensjonijiet mill-Awtoritajiet tal-Ħaiti dwar kuntratti u transazzjonijiet;
Avviż Legali Nru 283 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet li huma assoċjati ma’ Organizzazzjonijiet Terroristiċi;
Avviż Legali Nru 284 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 li jemendaw l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali;
Avviż Legali Nru 287 tal-2014 – Regoli tal-2014 dwar il-Midalja għall-Ħamsin Anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta;
Avviż Legali Nru 295 tal-2014 – Avviż dwar ir-Rimunerazzjoni li tingħata lil Ġudikanti tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar;
Avviż Legali Nru 338 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti persuni fil-Libanu;
Avviż Legali Nru 339 tal-2014 – Regolamenti tal-2014 dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Federazzjoni Russa;
Avviż Legali Nru 360 tal-2014 – Ordni tal-2014 dwar il-Miżuri ta’ Protezzjoni Ewropej f’Materji Ċivili;
Avviż Legali Nru 362 tal-2014 – Ordni tal-2014 li jemenda l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Emenda Nru. 2);
Kopja tal-ittra tar-riżenja tad-Direttur tal-Artijiet u Kummissarju tal-Artijiet datata t-12 ta’ Settembru 2014, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10970; u
Tabelli li juru l-istat tal-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ permessi ta’ kmamar tan-nar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W336.