GĦAWDEX - ADOZZJONIJIET 10446. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet minn familji Għawdxin matul is-snin 2012, 2013 u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2012 ma kienx hemm digrieti t’adozzjoni għall-familji li jgħixu Għawdex, filwaqt li fl-2013 kien hemm digriet wieħed t’adozzjoni għall-familji li jgħixu Għawdex. L-istatistika għall-ewwel sitt xhur tal-2014 għad trid tinġabar.
MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI - PERSONS OF TRUST