10564. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu?
ONOR. EVARIST BARTOLO:Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - NISA F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET 10565. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT – NISA F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET