ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet ħlasijiet lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, kif ġej:
Sena
TM Budget
RID Budget
2010
€ 4,170
€ 48,183
2011
€ 61,699
2012
€ 41,811
2013*
€ 10,434
*bejn Jannar u Marzu
Ix-xogħlijiet relatati ma’ dawn il-ħlasijiet fil-maġġoranza tagħhom kienu jikkonsistu f’servizzi li ngħataw għar-road permit system. Dan ix-xogħol li jammonta għal xejn inqas minn €166,297, ingħata b’direct order b’approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi.
MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR – XOGĦOL MOGĦTI LIL KUMPANIJI 10611. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?