ONOR. HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop oriġinali tal-Kap. 520 tal-Liġijiet ta’ Malta (Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi) kien li jipprovdi rimedju kollettiv għall-ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE, tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u tal-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti. Il-Kap. 520, però jagħti lok fl-artikolu 24(a) għall-possibilità li l-Prim Ministru jestendi l-applikazzjoni tiegħu għal-liġijiet oħra permezz ta’ regolamenti.
IMPLIMENTAZZJONI TAL-MORTGAGE DIRECTIVE 10643. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu s’issa mill-Gvern biex tiġi implimentata d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea numru 2014/17UE, l-hekk imsejha Mortgage Directive?
ONOR. HELENA DALLI:Ninforma lill-Onor. Interpellant li beda x-xogħol biex jiġu identifikati x’emendi għandhom isiru fir-Regolamenti dwar Self għal Dar (home loan) sabiex dawn jirriflettu l-artikoli tad-Direttiva dwar Kuntratti ta’ Kreditu għall-Konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali.