ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10644.
STUDJU DWAR IR-REALTAJIET LI QED JIFFAĊĊJAW IT-TFAL 10647. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal fosthom cyber bullying, imħabbar f’Novembru 2013?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li għandu dan il-Ministeru, l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal kien ikkummissjonat mill-Università ta’ Malta.