10684. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ngħatat l-awtorizzazzjoni bil-miktub biex timpjega Coordinators, Child Support Workers u Playworkers biex dan is-sajf jaħdmu ma' Skolasajf u Klabb 3-16? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'kull kategorija li kienu awtorizzati li jimpjegaw? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-awtorizzazzjoni li ngħatat biex il-Fondazzjoni tkun tista' timpjega l-ħaddiema li kien hemm bżonn?
ONOR. EVARIST BARTOLO:Ninsab infurmat li fis-6 ta’ Mejju 2014 il-Fondazzjoni ngħatat permess sabiex timpjega 12-il kordinatur, 140 Child Support Worker u 300 Playworker bejn Lulju u Settembru 2014. Kopji tal-awtorizzazzjoni li ngħatat biex il-Fondazzjoni tkun tista' timpjega dawn il-ħaddiema (indikati bħala Dok. A, B u Ċ) tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI EDUKATTIVI – FONDI GĦALL-KLABB 3-16 U SKOLASAJF