WASTESERV – ĦADDIEMA 10827. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta’ ħaddiema assenjati xogħol mal-WasteServ? Jista’ jindika n-numru ta’ kull kategorija ta’ ħaddiema u f’liema sezzjoni tal-kumpanija jaħdmu?
ONOR. LEO BRINCAT:Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni miġbura skont l-informazzjoni li għaddewli l-WasteServ, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta’ Karti.
IMPJANT TA’ SANT’ANTNIN – SKART RDF 10828. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu twil il-perjodu ta’ żmien li fih l-iskart RDF qed jitħalla maħżun fl-Impjant ta’ Sant’Antin qabel ma jinbiegħ skont il-politika kurrenti ta’ dan il-Gvern?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli l-WasteServ, il-perjodu medju li fih il-materjal RDF jitħalla maħżun fl-impjant ta’ Sant’Antnin huwa dak ta’ ġimgħa.