MALTA FREEPORT - IMPJEGATI 10863. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati full-time jew part-time fil-Malta Freeport mid-19 ta’ Settembru 2013 sal-lum? Jekk daħlu xi impjegati, jista’ jgħid dawn minn liema lokalitajiet huma?
ONOR. CHRIS CARDONA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
ANNIVERSARJU TAL-50 SENA MILL-INDIPENDENZA - TIŻJIN F’GĦAWDEX 10864. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-50 sena mill-Indipendenza, f’Għawdex ma sar l-ebda tiżjin kif isir is-soltu fil-festi nazzjonali, la fi Triq ir-Repubblika, la fi Pjazza San Franġisk u lanqas fi Pjazza Indipendenza? Min ħa din id-deċiżjoni li ma jsir l-ebda tiżjin u armar?
ONOR. JOSEPH MUSCAT:Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.