SPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX – PROĠETT TA’ MMODERNIZZAR 10974. L-ONOR. FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla l-proġett estensiv ta' mmodernizzar tal-kurituri u soqfa tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, liema xogħol kien inbeda taħt l-amministrazzjoni preċedenti?
ONOR. KONRAD MIZZI:L-ewwel fażi tal-proġett estensiv bdiet taħt din l-amministrazzjoni u issa tinsab lesta. Għalkemm l-amministrazzjoni preċedenti jidher li kellha l-intenzjoni li timmodernizza l-kurituri u s-soqfa tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, il-ftit xogħol li kien twettaq lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kien xogħol kosmetiku u mhux ta’ kwalità.