ĦAL LUQA – XOGĦOL FUQ IZ-ZUNTIER 10996. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet tat-Tlieta, 30 ta’ Settembru 2014, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-pjan ta’ zuntieri ġodda, il-Gvern hux beħsiebu jinkludi wkoll iz-zuntier ta’ Ħal Luqa?
ONOR. JOE MIZZI:Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda talba biex isir xogħol fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa. Kull talba li ssir tiġi kkunsidrata flimkien ma’ talbiet oħra għall-pjanijiet futuri ta’ xogħol tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.