ONOR. HELENA DALLI: Il-leġiżlazzjoni fuq il-consumer credit u ta’ self fuq djar ġiet fis-seħħ f’Ottubru 2010 u f’Jannar 2012, rispettivament. Ma kienu ddaħlu l-ebda esperti meta l-legiżlazzjonijiet ġew fis-seħħ. Għaddej proċess biex insaħhu din l-Awtorità sabiex nindirizzaw anke din il-materja.
MCCAA – REGOLAMENT DWAR SELF GĦAL DJAR 11177. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ttieħdu passi mid-Direttur Ġenerali tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir rigward tal-allegat ksur ta’ L.S. 378.10 (ir-regolament dwar self għal djar) mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-lum? Kemm minnhom ġew konklużi u b’liema riżultat?