ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR W244. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dokumenti tal-ivvjaġġar tat-tfal kinux f’idejn l-Aġenzija Appoġġ waqt li l-istess tfal kienu taħt il-kura tal-istess Aġenzija? Jekk le, għand min kienu u għaliex ma talbithomx l-Aġenzija Appoġġ?