ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI –PROTESTI MAL-GVERN ĠERMANIŻ W248. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10380, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ġiex involut dwar il-ħtif taż-żewġt itfal? Jista’ jgħid kienx informat jekk il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ipprotestax dwar il-każ mal-Gvern Ġermaniż? X’tip ta’ protesti saru u x’talab il-Gvern Malti?