W254. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi maħtufin minn żewġ social workers Ġermaniżi u meħuda barra minn Malta mingħajr awtorizzazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Ministeru dwar il-każ?
ONOR. GEORGE VELLA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qatt ma ġie avviċinat dwar dan il-każ.
SAN PAWL IL-BAĦAR – TRIQ IL-PIJUNIERI - PELICAN LIGHTS W256. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex xi talbiet pendenti biex jiġu installati pelican lights fuq zebra crossingsli hemm fi Triq il-Pijunieri, f’San Pawl il-Baħar? Jekk għandha, jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċesss ta’ dawn l-applikazzjonijiet? Jekk għad ma hemmx talba, jista' jqis din il-mistoqsija parlamentari bħala talba għal tali pelican lights?