Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,86 Mb.
səhifə161/212
tarix10.01.2022
ölçüsü0,86 Mb.
#100919
1   ...   157   158   159   160   161   162   163   164   ...   212
ONOR. JOE MIZZI: Jien infurmat li minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorità tat-Trasport, irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba f’dawn l-aħħar tliet snin sabiex iz-zebra crossings fi Triq il-Pijunieri f’San Pawl il-Baħar jiġu upgraded għal pelican crossings. Minħabba li Triq il-Pijunieri mhi la triq arterjali u lanqas distributorja, it-talba għal dan l-upgrading trid tintbagħat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.

SAN PAWL IL-BAĦAR – TRIQ IL-PIJUNIERI - INĊIDENTI
W257. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, matul l-aħħar 12-il xahar, kien hemm persuni li ttajru minn fuq (jew ħdejn) iż-zebra crossings li hemm fi Triq il-Pijunieri f'San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid meta seħħew dawn l-inċidenti u kemm mill-persuni milquta ttieħdu l-isptar?
ONOR. EMANUEL MALLIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar 12-il xahar, id-Distrett numru 9A, Diviżjoni 'V', kellu tliet rapporti fejn weġġgħu xi nies fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar, ħdejn jew fuq iż-zebra crossings.
L-ewwel inċident kien fis-17 ta’ Ottubru 2013 fejn żewġ persuni weġġgħu meta ttajru b’karozza u kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei. Persuna kienet weġġgħet gravi u l-oħra b’feriti ħfief.
Inċident ieħor ġara fil-21 ta' April 2014 fejn vettura laqtet persuna li kienet qed taqsam ftit lil hinn ’il fuq miz-zebra crossing fit-triq imsemmija. Il-persuna li kienet qed taqsam ittieħdet l-Isptar Mater Dei fejn eventwalment ġiet iddikjarata li kienet fil-periklu tal-mewt. L-inċident huwa suġġett għal inkjesta Maġisterjali.
Barra min hekk, kien hemm inċident fis-17 ta' Novembru 2013 fejn vettura u mutur kienu involuti wara li l-vettura waqfet sabiex tifel jaqsam minn fuq iż-zebra crossing u l-mutur baqa’ dieħel fl-istess vettura. Però, f’dan l-inċident kien is-sewwieq tal-mutur li weġġa’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei u mhux xi persuni li kienu qed jaqsmu.


Yüklə 0,86 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   157   158   159   160   161   162   163   164   ...   212




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin