Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,86 Mb.
səhifə164/212
tarix10.01.2022
ölçüsü0,86 Mb.
#100919
1   ...   160   161   162   163   164   165   166   167   ...   212
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li x-xogħol imsemmi minnu fuq il-bini mill-ġdid taċ-ċint ta’ madwar il-wied ma kienx inkluż fil-proġett oriġinali kif ġie ppjanat mill-Gvern preċedenti, il-Ministeru sejjer jara li jsiru l-pjanti neċessarji biex issir applikazzjoni lill-MEPA għal dan ix-xogħol. Għalissa l-Ministeru qiegħed isus biex ix-xogħol fuq il-culverts jitlesta kmieni kemm jista’ jkun biex titnaqqas l-inkonvenjenza għar-residenti.

ĦAL QORMI – TISBIĦ TAL-WIED
W264. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6771, 8833 u 9202 u x-xogħol li qed isir fuq il-proġett kontra l-ilma tal-għargħar f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid jekk wara li f’Mejju 2014 stqarr li l-proposta ta’ tisbiħ tal-inħawi tal-wied se tiġi kkonsidrata, jinsabx issa kommess li jwettaq dan it-tisbiħ bi spiża relattivament żgħira - fil-kuntest tal-miljuni kbar li nġiebu mill-Unjoni Ewropea fil-leġiżlatura li għaddiet - biex il-proġett tat-tisbiħ tal-wied ikun jista’ jsir?

Yüklə 0,86 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   160   161   162   163   164   165   166   167   ...   212




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin