ONOR. LOUIS GRECH: Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-Gvern mhu qed jikkunsidra l-ebda investiment partikolari fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl minn fondi Strutturali u ta’ Investiment.
GŻEJJER TA’ SAN PAWL - INVESTIMENT W300. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Billi l-Gżejjer ta' San Pawl huma meqjusa bħala attrazzjoni turistika mil-lat reliġjuż, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, permezz tal-Awtorità tat-Turżmu ta’ Malta, hux se jwettaq xi investiment partikolari fuq dawn il-Gżejjer?