SAN PAWL IL-BAĦAR – TRIQ IL-MOSTA – SIĠAR TAL-PALM W301. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jew xi dipartiment li jaqa’ taħtu rċeviex talbiet biex fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar, jinqalgħu iktar minn għoxrin palma li hemm f'din l-istess triq? Jekk irċieva tali talba, x'kienet ir-reazzjoni tal-Ministeru? Jekk ma rċeviex talba bħal din, jista' jinvestiga jekk hux se jinqalgħu dawn il-palm li hawn f'din it-triq?