ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti ma rċieva l-ebda talba biex il-palm li jinsab fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar jiġi maqlugħ. Minn spezzjoni li saret mill-istess dipartiment fl-10 t’Ottubru 2014, jirriżulta li dawn is-siġar tal-palm jinsabu fl-istess post.
KAXXI ĠODDA GĦALL-UŻU TAL-BDIEWA W302. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kaxxi l-ġodda li suppost kellhom jidħlu fiċ-ċirkulazzjoni għall-użu mill-bdiewa, bdewx jintużaw? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar kemm daħlu kaxxi ġodda fis-sistema u kemm għad fadal ħtieġa ta’ iktar kaxxi biex il-ħtiġijiet tal-bdiewa jkunu moqdija?