ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, minn April tas-sena l-oħra sal-lum, inħarġu 32,000 kaxxa ġdida li qegħdin jaqdu l-ħtiġijiet tal-bdiewa.
KONSULTAZZJONI FIR-RIGWARD TA’ BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA W303. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-suġġetti li bħalissa l-Ministeru qed jagħmel konsultazzjoni dwarhom għal dak li jikkonċerna bdiewa, raħħala u sajjieda? Kif jista’ wieħed jagħti s-sehem tiegħu f'dawn il-konsultazzjonijiet?